Imnedi fond għall-esportazzjoni tal-kultura Maltija

€200,000 biex jgħin lill-artisti Maltin jieħdu lill-Malta barra minn xtutna
 

Il-Ministru Owen Bonnici
Il-Ministru Owen Bonnici

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici nieda fond immirat sabiex il-kultura Maltija u s-setturi kreattivi tagħha jittieħdu fuq livell internazzjonali. B'allokazzjoni mill-budget ta' €200,000, il-Fond għall-Esportazzjoni Kulturali mmirat għal dawk il-proġetti piloti li jistgħu jieħdu l-kultura Maltija lil hinn minn xtutna. 

"Nemmnu li għandna bżonn strateġija biex nieħdu s-setturi kreattivi u kulturali fuq livell internazzjonali. L-għan wara dan kollu hu li l-aktar nipprovdu inċentiv sabiex l-artisti jkollhom aċċess għas-suq internazzjonali," qal Bonnici.

"Dan kollu jagħti l-possibilità lill-arti biex issir aktar professjonali u sostenibbli fuq medda twila. Mhux biss jistgħu l-artisti jeżibixxu xogħolhom barra, iżidu l-opportunitajiet - imma l-artisti barranin jistgħu jsiru konxji ta' x'qed jiġri fix-xena artistika u kulturali Maltija."

Bonnici temm jgħid li l-fond ħa jsaħħaħ il-kollaborazzjoni interministerjali u jagħti assistenza lil proġètti li jtejbu wkoll il-preżenza ta' Malta fuq livell internazzjonali.

 

More in Socjali