L-ammont totali ta' nies li waslu fi stabbilimenti ta' akkomodazzjoni u n-numru ta' ljieli li qattgħu fl-istess stabbilimenti matul ix-xahar ta' Frar, żdied b'4.9% u 8.9% rispettivament, u dan meta mqabbel mal-istess xahar tal-2014.
Frar tal-2015 ġab miegħu 91,087 wasla totali f'dawn l-istabbilimenti ta' akkomodazzjoni, waqt li numru ta' ljieli li tqattgħu, kien 466,315.
Għajr għal-lukandi ta' 5 u 3 stilel, ġiet irreġistrata żieda fl-ammont ta' ljieli li qattgħu l-viżitaturi. L-akbar numru ta' viżitaturi ġew rreġistrati f'lukandi ta' 4 stilel, b'total ta' 251,688 lejl jew 54% tat-total.
Il-medja ta' ljieli li dawn il-viżitaturi jagħmlu f'Malta, f'tali stabbilimenti żdiedet minn 4.9% matul Frar tal-2014, għal 5.1% fl-istess xahar fl-2015.
Fuq livell nazzjonali, kien hemm 138 stabbiliment tal-akkomodazzjoni attiv u disponibbli matul Frar, b'kapaċità netta ta' 15,957 kamra tas-sodda u 34,389 sodda.
Minkejja li ż-żjara medja telgħet minn 0.2 ta' lejl għal 5.2 meta mqabbla mas-sena ta' qabel, l-ammont totali ta' ljieli li qattgħu l-viżitaturi f'Għawdex u Kemmuna naqas b'17.6% u 16.9% rispettivament meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel.