SOS Malta wed tipprepara sabiex tibgħat għajnuna essenzjali sabiex tgħin lil dawk il-persuni li ġew affetwati mid-diżastru li ħalla t-terrimot fin-Nepal. Sa issa dan it-terremot, qatel iktar minn 3,600 persuna u ħalla partijiet sħaħ tal-pajjiż imfarrka. Bħala għaqda, SOS Malta se tkun qed taħdem mal-kuntatti li għandhom li bħalissa qed jaraw x'inhuma l-bżonnijiet prinċipali li għandhom dawk li ġew affetwati.
Se jkunu qed jipprovdu ikel, ilma u affarjiet mhux relatati mal-ikel bħal kits tal-iġjene u għall-kċina li huma maħsuba għal dawk in-nies li tilfu djarhom.
In-numru eżatt ta' dawk li mietu għadu mhux magħruf u sa issa ġew irrapurtati iktar minn 3,000 fatalità, bin-numru mistenni jkompli jitla hekk kif hemm iktar minn 300,000 persuna li ndarbu.
Għaldaqstant, SOS Malta nediet appell lill-pubbliku sabiex jgħin lil dawn il-vittmi permezz ta' donazzjonijiet li jistgħu jintbagħtu lil SOS Malta, 10, Triq il Ward, Sta Venera SVR 1640 jew fil-kontijiet bankarji ta' SOS Malta Bank:
APS a/c 20000245111
HSBC a/c 006070932050
BOV a/c 40013974950
Donazzjonijiet online: http://www.sosmalta.org/donate_now