Vettura spazzjali Russa li kienet tforni lill-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali jidher li riesqa b'veloċità lura lejn id-Dinja hekk kif jidher li intilef kull kontroll fuqha.
"Bdiet taqa'. M'hemm imkien aktar fejn tista' tmur," qal uffiċjal li huwa familjari mas-sitwazzjoni, fejn tkellem qabel id-dikjarazzjoni uffiċjali tal-aġenzija Russa tal-ispazju. "Huwa ċar li bdew reazzjonijiet li m'għandnix kontroll fuqhom."
Il-missjoni ta' Rocket Soyuz,li bdiet iġġorr il-vettura tal-ispazzju Progress M-27M, b'fornimenti għall-Istazzjon tal-Ispazzju Internazzjonali bdiet bħala waħda ta' suċċess hekk kif bdiet il-vjaġġ tagħha nhar it-Tlieta. Jidher iżda li imbagħad intilfet kull kommunikazzjoni mal-vettura.
Ir-Russja aktar kmieni llum qalet li l-isforzi li kien hemm biex isir kuntatt mal-vettura spazzjali, li fuqha m'hemmx nies, qed iżżid il-biżgħat li l-vettura jaf intilfet darba għal dejjem.
Il-vettura kellha tinżel fl-istazzjon spazzjali Internazzjonali (ISS) fejn kienu qed jistennewha 6 min-nies fit-30 t'April.