Il-gazzetta Katmandu Today, gazzetta min-Nepal qed tirraporta li nstabet tarbija mill-Armata tan-Nepal fost it-tifrik, wara terremot li laqat l-istess pajjiż is-Sibt li għadda.
It-tarbija tinstab f'kundizzjoni stabbli, bl-ewwel testijiet juru li m'għandha l-ebda ġrieħi interni.
Jidher li l-Armata tan-Nepal għal bidu ħasbet li t-tarbija kienet mejta, u b'hekk ħallewha fuq is-sit tat-tifrik. Huwa biss meta semgħuha tibki li ndunaw li kienet fil-fatt għadha ħajja, fejn ġrew lura biex ituha s-salvataġġ.
Esperti qed isostnu li dan hu każ eċċezzjonali hekk kif huwa rari li nies bi ġrieħi li jibqgħu maqbudin daqshekk taħt it-tifrik jirnexxielhom jibqgħu ħajjin.