Ftit tal-ħin ilu Kate Middleton welldet it-tieni tarbija tagħħa - tifla. Rapport li ħarġu ftit tal-ħin ilu mill-medja ngliża jgħidu li kemm id-Dukessa u kemm it-tifla jinsabu tajbin.
Aktar Kmieni:
Id-Dukessa ta’ Cambridge iddaħlet bikri l-isptar matul il-lejl li għadda fejn hi mistennija twelled it-tieni tarbija tagħha fil-ħin li ġej.
Kate Middleton iddaħlet fl-istess sptar li fih welldet lill-Prinċep George li huwa l-eredi, wara missieru William u nannuh Charles għat-Tron Ingliż.
Uffiċjali qalu li kemm id-Dukessa u anke l-Prinċep William, għadhom ma jafux jekk hux se jkollhom tifel jew tifla.