70 sena wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija

Kienet intużat il-kodiċi "MOUSETRAP" biex twissi lill-ministri li kien wasal l-jum tar-rebħa

Winston Churchill iddikjara r-rebħa fit-3pm minn Whitehall
Winston Churchill iddikjara r-rebħa fit-3pm minn Whitehall
Eluf ta' nies inġabru fit-toroq jiċċelebraw
Eluf ta' nies inġabru fit-toroq jiċċelebraw
Eluf ta' nies inġabru fit-toroq jiċċelebraw
Eluf ta' nies inġabru fit-toroq jiċċelebraw
Ir-Reġina Eliżabetta II - dak iż-żmien Prinċipessa xxejjer mill-gallarija
Ir-Reġina Eliżabetta II - dak iż-żmien Prinċipessa xxejjer mill-gallarija

Kien propjament 70 sena ilu meta seħħet dik li hi magħrufa bħala VE Day - il-Jum tar-Rebħa tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa.

Bħala kommemorazzjoni, tul il-jum tal-lum  u l-bqija tat-tmiem il-ġimgħa ser jittellgħu bosta avvenimenti sabiex ifakkru dik il-ġurnata tant importanti għall-istorja tal-bniedem. It-8 ta' Mejju 1945 fisser tmiem gwerra ta' 6 snin li ħasdet il-ħajja ta' miljuni.

Iċ-ċelebrazzjonijiet fir-Renju Unit kienu forsi xi wħud li baqgħu jissemmgħu, hekk kif in-nies kienu ħarġu jiċċelebraw fit-toroq hekk kif ġiet iddikjarata rebħa fuq il-Ġermanja. Dakinhar, kien inxtegħel Buckingham Palace għall-ewwel darba mill-1939.

B'kuntrast għas-snin ta' blackouts, inxtegħel is-simbolu ta' 'V' fuq il-Katidral ta'  San Pawl f'Londra - simbolu tar-rebħa.

Il-Gvern Brittaniku kien ilu jippjana ċ-ċelebrazzjonijiet sa minn tmiem l-1944. Il-kodiċi "MOUSETRAP" kellha twissi lill-ministri li l-jum tar-rebħa kien kważi wasal.

Dakinhar, il-pubs kienu baqgħu miftuħin sat-tard, u kienu ntużaw searchlights biex jinxtegħlu monumenti pubbliċi. Dan hekk kif Churchill iddikjara r-rebħa lin-nazzjon tiegħu fit-3pm minn Whitehall.

More in Socjali