Tifel ta' 8 snin jiddaħħal ġo Spanja mill-Marokk f'bagalja. Dan skont il-Pulizija Spanjola, fejn qalu li t-tifel instab ġewwa bagalja li bdiet tinġarr minn tfajla ta' 19-il sena minn Ceuta, enclave Spanjola ħdejn il-Marokk. It-tifel huwa mill-Kosta tal-Ivorju
Meta fetħu l-bagalja, il-pulizija sabu t-tifel fi "stat terribbli", skont kelliem għall-Guardia Civil li tkellem ma' AFP.
It-tifel issa jinstab għall-kura f'idejn l-awtoritajiet f'Ceuta.
II-gazzetta Spanjola El Pais irrapurtat li t-tifel m'għandu l-ebda rabtiet mat-tfajla, u li t-tfajla tħallset minn missier it-tifel biex din iġġorru fil-bagalja. Il-missier jgħid fil-Gżejjer Kanarji u qed jittama li jerġa' jingħaqad ma' ibnu.
Pulizija li tkellem mal-aġenzija tal-aħbariijet Spanjola Efe qal kif it-tfajla "dehret inċerta, bħallikieku ma riditx taqsam il-fruntiera."
Kull sena, eluf ta' persuni jipprovaw jidħlu fi Spanja permezz ta' Ceuta, li hija enclave Spanjola u li tinstab viċin ħafna ta' Spanja. Din hija rotta li jieħdu bosta Afrikani sabiex jidħlu fl-Ewropa.