Il-BirdLife Malta avżat lill-pubbliku fi stqarrija maħruġa dalgħodu biex ħadd ma jaqbad għasafar tal-bejt li jkunu għadhom żgħar peress lu dawn ikunu qed jitgħallmu jtiru. “Dment li ma jkunx ovvju li hemm xi periklu għall-għasfur, dan għadu jitħalla waħdu hekk kif f’dawn iż-żminijet l-għasafar tal-bejt ikunu qed jitgħalmu jtiru.”
Il-BirdLife elenkat x’jista jkun ta’ periklu għall-għasafar f’dawn iż-żminijiet fosthom li jittajjru minn xi karozzi jew li jkunu attakkati minn xi qtates jew klieb.
Min ikollu xi diffikultà jista jċempel lil Birdlife Malta fuq 21345 674.