Kull travu jiżen minn ta’ l-anqas 50 kilo
Numru ta’ rekluti mill-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu bdew mixja minn San Ġiljan twila 27 kilometru.
L-inizjattiva, bl-isem “Logs and Miles 4 Puttinu” hi maħsuba biex tgħin fil-ġbir għal maratona li għaddejja bħalissa fil-Marsa b’risq Puttinu Cares.
Matul il-mixja tagħhom ir-rekluti qed iġorru sitt itravi b’kull travu jiżen minn ta’ l-anqas 50 kilo.