
Malta fost l-aħħar fl-integrazzjoni tal-immigranti
L-attitutni tal-pubbliku tibqa' waħda mill-ikbar xkiel għall-integrazzjoni

More in Socjali
L-attitutni tal-pubbliku tibqa' waħda mill-ikbar xkiel għall-integrazzjoni
Malta spiċċat fit-33 post minn 38 pajjiż li ġew inklużi f'dan l-istudju. Matul dawn l-aħħar seba' snin, l-integrazzjoni f'Malta kienet iktar ma jmur ristretta, waqt li l-attitudni tal-pubbliku lejn l-immigranti u l-integrazzjoni tibqa' bħala waħda mill-akbar xkiel għal integrazzjoni effettiva.
L-istrateġija nazzjonali għall-integrazzjoni li qed tiġi żviluppata bħalissa hija opportunità sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u biex jitjieb b'mod sinnifikanti t-track record dwar l-integrazzjoni tal-immigranti. Dawn kienu uħud mis-sejbiet li ħarġu mill-Migrant Integration Policy Index (MIPEX) li fih Malta ġabet 40% li tagħmilha kemxejn negattiva fejn tidħol l-integrazzjoni.
Il-MIPEX hija waħda mill-aqwa għodda u waħda mill-iktar li tista' toqgħod fuqha sabiex jiġi mqabbel dak li l-gvernijiet jkunu qed jagħmlu biex jippromwovu l-integrazzjoni fost l-imigranti madwar l-Ewropa u fid-dinja. Dan l-indiċi jkopri 8 politiċi b'168 policy indicator li ġew żviluppati biex tingħata stampa ċara tal-opportunitajiet li jingħataw lill-immigranti biex jipparteċipaw fis-soċjetà, fejn jiġu analizzati 38 pajjiż. Il-partner nazzjonali f'Malta huwa The People for Change Foundation.
L-istudju ta' din is-sena żvela diversi affarijiet, fosthom li għalkemm it-tfal tal-immigranti jingħataw l-edukazzjoni, l-għalliema u l-istudenti mhux qed jingħataw is-sapport meħtieġ. Hemm diversi inizjattivi li qed jiġu żviluppati u implimentati f'dan il-qasam sabiex Malta tkun tista' tgħolli l-punteġġ li għandha f'dan il-qasam.
F'dan ir-rapport isiru numru ta' rikomandazzjonijiet, fosthom il-bżonn li tiżdied ir-rieda politika u l-appoġġ pubbliku għall-integrazzjoni billi jkun hemm iktar informazzjoni fil-mezzi tax-xandir u mal-pubbliku sabiex jiġu analizzaati x'inhuma l-oqsma li fihom trid issir ħidma partikolari.