Strajk tal-karozzi tal-linja għada

Tilwim u naqqas ta' qbil dwar il-pagi wassal għal strajk fis-servizz tat-trasport pubbliku

Il-General Workers Union ordnat lill-ħaddiema tat-trasport pubbliku biex għada ma jmorrux għax-xogħol hekk kif kien hemm tilwim u nuqqas ta' qbil bejn il-union u l-kumpanija tat-trasport pubbliku Spanjola.

Il-GWU qalet li l-kumpanija naqqset il-pagi tal-ħaddiema tagħha u għalhekk qed tordna dan l-istrajk.

L-istrajk se jsir bejn it-8am u l-11am u l-4pm u 7pm.

More in Socjali