169 immigrant ripatrijat bejn l-2013 u 2014

L-ebda minn dawn ma kellhom status f'pajjiżna u l-ammont ma jinkludix dawk li ġew ripatrijati volontarjament
 

Mit-total tal-immigranti li daħlu f'Malta fl-2013, 71 minnhom ġew ripatrijati, filwaqt li fis-sena ta' wara, fl-2014 ġew ripatrijati 98 persuna minn pajjiżi terzi. Dan intqal mill-Ministru għall-Affairjiet Interni u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, wara mistoqsija parlamentari li saritlu mill-MP Carmelo Mifsud Bonnici.

Bonnici staqsa "kemm ġew ripatrijati lura volontarjament jew le, persuni, immigranti rregolari li m'għandhomx status f'pajjiżna", fejn Abela wieġeb li dawk li ġew ripatrijati "l-ebda wieħed minn dawn il-persuni ta' pajjiżi terzi ma kellhom xi status f'pajjiżna u dan l-ammont ma jinkludix  dawk li ġew ripatrijti volontarjament."

Sabiex persuna tkun ripatrijata trid ma tkunx tissodisfa l-kriterji li jagħmluha eliġibbli sabiex iġġib status ta' refuġjat jew tfittex l-ażil. Il-proċess ta' ripatrijazzjoni jinkludi wkoll li jiġu mħallsa l-ispejjeż sabiex l-immigrant jerġa' jirritorna lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tiegħu.

More in Socjali