Il-MUBE titlob għall-medjazzjoni dwar l-HSBC

Il-MUBE titlob medjazzjoni mid-Direttur tax-xogħlijiet u r-relazzjonijiet industrijali

Il-MUBE avżat lill-management tal-HSBC li minħabba li ma kienx hemm tweġiba mill-Bank għall-offerta tal-Uffiċju tal-Prim Ministru għall-medjazzjoni, il-MUBE issa talbet għal laqgħa mad-direttur preżenti fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u r-relazzjonijiet Industrijali.

Kif jiġri f'każijiet bħal dawn, il-union titlob biss din it-tip ta' medjazzjoni meta jkun hemm nuqqas ta' qbil serju u l-affarijiet ma jkunux jistgħu jimxu 'l quddiem.

Fi stqarrija, l-MUBE qalet lill-management tal-Bank li kien kawża tan-nuqqas ta' ħeġġa u kollaborazzjoni min-naħa tal-bank li waslet għal dan in-nuqqas ta' qbil, tant li hemm spekulazzjonijiet jekk il-bank finalment għandux intenzjoni li jsib qbil mal-union.

L-union temmet tgħid li min-naħa tagħha, hi trid li ttemm dan in-nuqqas ta' qbil amikevolment waqt li tawgura li s-sens komun jiddomina.

 

More in Socjali