L-MHRA ssostni li l-Air Malta għandha tibqa' fil-kontroll ta' Malta

"Jekk nitilfu l-kontroll tal-Air Malta, nkunu qed ngħaddu l-futur tal-ikbar industrija lill-barranin"- MHRA
 

Il-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA), tenniet li l-Air Malta kienet, għadha u tibqa' fattur kruċjali fis-suċċess tal-industrija tat-turiżmu u fl-ekonomija in generali, għalkemm inqas fiż-żmien riċenti.

Fis-snin imghoddija, l-ivjaġġar bl-ajru kien jiġi regolat bi qbil bejn iż-żewġ pajjiżi, li kien jagħtihom monopolju, biss però, meta ddaħħlet fis-seħħ is-sistema tal-libertajiet fl-ajru, dan il-monopolju inqata' għaliex kull linja tal-ajru fl-UE setgħet ittir minn u lejn id-destinazzjonijiet kollha fl-UE.

Minħabba f'hekk, dawn il-linji tal-ajru bħal Air Malta biddlu d-direszzjoni tal-kumpanija tagħhom inkella kienu se jaffaċjaw problemi finanzjarji. Malta, bħala membru tal-UE kellha tagħmel l-istess, iżda dan baqgħet ma għamlitux u rat kompetizzjoni dejjem tiżdied minn linji tal-ajru oħrajn.

Air Malta kellha tinbidel inkella kienet se taffaċja problemi serji, iżda l-bidla li kien hemm fl-Air Malta kienet ftit u tard wisq.

Huwa ċar li kundizzjonijiet fis-suq għall-Air Malta saru aktar diffiċli u l-għażliet mhumiex wisq, li jirrikjedu li jkun hemm xi tip ta' bidla fl-andament tal-Air Malta.

L-MHRA issostni li "l-industrija tat-turiżmu tistenna li jinżamm l-appoġġ lejn il-management tal-Air Malta sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji sabiex il-linja nazzjonali tal-ajru tibqa' topera."

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li huwa kruċjali li l-Air Malta żżomm l-interessi Maltin u ma tinbiegħx kollha lill-barranin, kemm jekk lil-linja tal-aju oħra jew investitur. "Is-soluzzjoni tista' tkun ukoll li jkun hemm arranġament ta' hybrid investor, diment li l-Maltin iżommu l-kontroll."

L-MHRA qalet lill-Gvern li għandu jadotta sistema bħal ma teżisti fil-BOV, jiġifieri li waqt li l-Gverm iżomm minoranza, per eżempju 25%, il-75% l-oħra tkun mibjugħa lill-investituri Maltin.

Tony Zahra kompla jgħid li jekk ma jibqa kontroll tal-Air Malta f'idejn il-Maltin, li għadha tipproduċi ftit inqas minn 50% tal-passiġġieri lejn Malta, u l-akbar trasportatur ta' merkanzija bl-ajru lejn pajjiżna, inkunu qed ngħaddu d-destin tal-iktar industrija importanti ta' pajjiżna lill-barranin. L-MHRA kompliet tgħid li din hija ħaġa li hi ma tkunx qed tappoġja waqt li sostniet li d-deċiżjoni jeħtieġ li tittieħed malajr għax iż-żmien qed jagħfas.

More in Socjali