L-ewwel 10 għall-finali

L-ewwel semi finali tal-Eurovision  twassal 10 pajjiżi għall-finali

Il-finalisti tal-ewwel semi finali. Ritratt: eurovision.tv
Il-finalisti tal-ewwel semi finali. Ritratt: eurovision.tv

Il-bieraħ filgħaxija ingħata bidu għas-60 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li qed isir fi Vjenna, l-Awstrija wara li s-sena li għaddiet, kienet Conchita li rebħet il-festival.

L-ewwel semi finali rat fiha 16-il pajjiż jikkompeti għal post fis-semi finali ta' nhar is-Sibt li ġej, li minnhom 10 biss setgħu jgħaddu.Wara spettaklu minn Conchita u diversi żeffiena fil-Wiener Stadthalle fi Vjenna, 16-il pajjiż taw spettaklu bid-diski tagħhom, fosthom il-kantanta tal-Ġeorġja li għandha kanzunetta bl-isem bħad-diska Maltija, 'Warrior'.

Il-pajjiżi li kkwalifikaw għall-finali se jkunu qed jikkompetu mal-pajjżi  li se jkunu qed jgħaddu għall-finali fit-tieni semi finali ta' nhar il-Ħamis li ġej flimkien mas-7 pajjiżi li għaddew awtomatikament għall-finali, li huma: l-Ingilterra, Spanja, Franza, l-Italja, il-Ġermanja, l-Awstralja u l-pajjiż rebbieħ, l-Awstrija.

Il-pajjiżi li kwalifikaw għall-finali mill-ewwel semi finali huma: l-Albanija, l-Armenja, ir-Russja, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Greċja, l-Estonja, il-Ġeorġja, is-Serbja u l-Belġju.

Is-semi finali rat 16-il pajjiż jikkompeti għal post fil-finali
Is-semi finali rat 16-il pajjiż jikkompeti għal post fil-finali

Malta se tkun qed tikkompeti fit-tieni semi finali ta' nhar il-Ħamis li ġej.

More in Socjali