Lidl ieħor mistenni jiftaħ fil-Mosta

Il-katina ta' supermarkets tefgħet l-applikazzjoni sabiex jinfetaħ supermarket ieħor fil-Mosta

Iż-żona proposta fil-Mosta għall-iżvilupp
Iż-żona proposta fil-Mosta għall-iżvilupp

Supermarket ġdid mistenni jieħu post impjant tal-manifattura tal-konkrit li m'għadux jintuża fil-limiti tal-Mosta. Il-katina tas-supermarkets Lidl mistennija tieħu dan l-iżvilupp fil-Mosta, qrib il-kampus tal-MCAST fl-istess lokalità.

Permess preliminari għall-iżvilupp diġà ġie approat aktar kmieni fi Frar wara li ġiet ippreżentata minn Fort Blocks Ltd. li hija kumpanija sussidjarja ta' Gatt Brothers Ltd.

Issa, ġiet ippreżentata applikazzjoni sħiħa għall-permess minn Ricardo Magarini, rappreżentatnt ta' Lidl Immobiliare li hija l-parti Taljana tal-katina tas-supermarkets Lidl.

Dan l-iżvilupp għandu jieħu post il-kumpless ta' Fort Blocks eżistenti li se jkun qed jinkludi superket ta'1,390m², 450m² fitness centre,1,450m² fitness centre estern, ċentru ta' sbuħija, childcare centre u żona rikrreattiva għat-tfal.

Se jkun hemm ukoll parkeġġ taħt l-art għall-124 karozza.

L-iżviluppaturi sostnew li dan l-iżvilupp hu ideali f'din iż-żona għaliex huwa 'l bogħod miċ-ċentrut tal-lokal u huwa ideali għal min ikun ġej minn naħat ta' Burmarrad u San Pawl il-Baħar u l-inħawi tar-Rabat, Mġarr u Naxxar li jkunu jistgħu jaslu għas-supermarket mingħajr ma jgħaddu miċ-ċentru tal-Mosta.

Skont retail impact assesment li sar biex jiġi determinat l-impatt li dan is-supermarket se jkun qed ikollu fuq ħwienet oħra, deher li l-ikbar effett se jkun qed jinħass fuq il-GS Supermarket fin-Naxxar u Ta' Natu supermarket fil-Mosta stess. Skont dan l-istess retail impact assesment, iż-żoni ta' fejn l-iktar se jkun qed jattira klijenti dan is-supermarket se jkunu l-Mosta, l-Imġarr, il-Bidnija, in-Naxxar, ir-Rabat u l-Imtarfa.

More in Socjali