"Tħallux lin-nisa tagħkom jużaw Whatsapp"

Il-Mexxej taċ-Chechnya ħeġġeġ lill-irġiel tar-repubblika Russa biex iwaqqfu lin-nisa milli jużaw din l-app
 

Il-Mexxej tac-Chechnya ħeġġeġ lill-irġiel fic-Chechnya stess sabiex jwaqqfu lin-nisa tagħhom milli jużaw Whatsapp. Dan għaliex kien permezz ta' din l-app li xterdet rabja kbira fuq żwieġ sfurzat li qajjem kontroversja sħiħa.

"Sakkruhom, tħalluhomx joħorġu, hekk ma jkunu jistgħu jiktbu xejn," qal Ramzan Kadyrov - li aktar kmieni ta l-appoġġ tiegħu liż-żwieġ ta' pulizija ma' tfajla ta' 17-il sena, minkejja li hu kien diġà miżżewweġ - li hija ksur tal-liġi Russa.

Il-Kap tal-Istaff tiegħu minn dakinhar kien qiegħed jipproponi li tiġi llegalizzata l-poligamija fic-Chechnya.

Kadyrov mexxej awtoritarju u alleat tal-President Russu Vladimir Putin, u jidher li huwa favur ukoll il-poligamija. Wieħed mill-assistenti tiegħu, Mogamed Daudov stqarr "Kollox għandu jinżamm skont ix-Sharia. Jekk raġel jiflaħ jżomm aktar minn mara wahda, għaliex m'għandux?"

Il-maġġoranza tan-nies fiċ-Chechnya, minkejja li din hija repubblika Russa, huma Musulmani.

More in Socjali