Malta bit-tieni l-inqas rata ta' qgħad madwar l-Ewropa

Il-Gvern jgħid li dan riżultat ta' miżuri bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ

Malta kellha t-tieni l-inqas rata ta' qgħad madwar l-Ewropa f'April ta' din is-sena, flimkien mal-Awstrija u l-Lussemburgu.

Dan skont informazzjoni li ħarġet mill-Eurostat li turi li l-qgħad f'Malta kien dak ta' 5.7% - it-tieni l-aktar rata baxxa minn mintu l-Eurostat beda jżomm iċ-ċifri għal Malta.

L-aktar li kellu impatt biex jitnaqqas il-qgħad kien it-tnaqqis fir-rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ - b'madwar 1,000 żagħżugħ u żagħżugħa jsibu x-xogħol fis-sena li għaddiet. Ir-rata niżlet minn 14% fl-2012 għal 11% din is-sena.

Il-Gvern sostna li dan it-titjib pożittiv kien riżultat ta' miżuri bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ u wiegħed li jieħu aktar miżuri biex jara li jkun hemm aktar tnaqqis fil-qgħad u żieda fl-opportunitajiet tax-xogħol.

 

More in Socjali