Fis-sena 2014 kien hemm abbuż mill-benefiċċji soċjali li jammonta għal €3,831,983 - b'592 persuna jinqabdu jabbużaw mill-benefiċċji tul l-istess sena.
Dan intqal mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia għall-mistoqsija tal-MP Paula Mifsud Bonnici lbieaħ waqt is-seduta tal-Parlament.
Din il-figura hija ogħla minn dik tas-sena ta' qabel, hekk kif fl-2013 inqabdu 565 persuna jabbużaw minn benefiċċji soċjali, b'total ta' €3,391,478.
L-aktar sena li fiha nqabdu persuni jaqbbużaw f'dawn l-aħħar snin kienet dik tal-2011 meta nqabdu 742 persuna jabbużaw minn servizzi soċjali, b'total ta' €3,661,150.
Min-naħa l-oħra, dik tal-2014 kienet l-ogħla somma f'dawn l-aħħar snin ġiet irreġistrata s-sena ta' qabel. Warajha hemm is-sena 2010, fejn minkejja li nqabdu 677 persuna jabbużaw minn dawn is-servizzi, it-total kien jammonta għal €3,716,295.