Michelle Muscat se tgħum bejn Malta u Għawdex għall-karità

Il-qligħ se imur għall-Fondazzjoni Marigold
 

Fis-27 ta' Ġunju l-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat se tkun qed tgħum bejn Malta għal Għawdex b'risq il-Fondazzjoni Marigold.

Ser titlaq minn Għawdex waħidha, fejn imbagħad minn Kemmuna se jingħaqdu magħha ħames atleti tal-Ispecial Olympics, fejn flimkien jgħumuha sa Malta.

Parti mill-flus ħa jmorru għall-50 atleta li dan is-sajf se jirrappreżentaw lill-Malta fl-Ispecial Olympics f'Los Angeles.

Intant jidher li s-Sinjura Muscat qed tħejji ruħha għaliha - fejn ilha titħarreġ erba' darbiet fil-ġimgħa minn Novembru li għadda. Saħqet kif tittama li dak li ħa tagħmel iħeġġeġ lill-oħrajn biex minkejja kollox jegħlbu kull diffikultà anke meta ċ-ċirkostanzi ma jkunux ħfief.

More in Socjali