Il-Pulizija bi twissija dwar messaġġi ta' emerġenza qarrieqa

Il-messaġġ jitlob lil min jirċevih iċempel fuq numru ta' emerġenza
 

Eżempju tal-messaġġi li qed jiġu rċevuti
Eżempju tal-messaġġi li qed jiġu rċevuti

Il-Pulizija qed twissi lill-pubbliku dwar messaġġi qarrieqa li qed jintbagħtu lil numru ta' individwi minn persuni mhux magħrufa.

Il-messaġġ jgħid lir-riċevitur biex iċempel fuq numru ta' emerġenza. Il-Pulizija qalet li huwa rari li xi ħadd jitlob għall-emerġenza b'dan il-mod.

Il-Pulizija fakkret ukoll li min iċempel fuq dan in-numru jaf jeħel rata għolja talli jċempel fuq numru barrani.

More in Socjali