Il-Papa jġib fid-dubju r-rakkont tal-Ġenesi u jemmen li x-xjenza u l-krejazzjoni jimxu id f'id

Jgħid ukoll li Alla mhux xi saħħar bil-bakketta maġika f'idejh

Il-papa Franġisku jmur kontra t-twemmin tal-predeċessur tiegħu Papa Benedittu fejn tidħol it-twemmin xjentifiku iżda xorta jgħid li l-predeċessur tiegħu taha kontribuzzjoni kbira lit-teoloġija.

Il-Papa qal dan waqt li kien qed jitkellem fil-Pontifiċju tal-Akkademja tax-Xjenza meta spjega li t-teoriji xjentifiċi ma kinux inkompatibbli mal-eżistenza tal-kreatur anzi hu qal li t-tnejn imorru id f'id. "Meta naqraw dwar il-kreazzjoni fil-Ġenesi, nistgħu nimmaġinaw li Alla hu xi saħħar, bil-bakketta maġika li biha jista' jagħmel kollox. Iżda dak mhux ir-realtà. Alla kkrea l-umanità u ħalliehom jiżviluppaw skont il-liġijiet interni li hu ta lil kull wieħed minnhom biex kollha kemm huma jilħqu t-twettieq tagħhom infushom.

Il-Big Bang, li llum nemmnu li kien il-bidu tad-dinja, ma tikkontradix l-intervenzjoni tal-kreatur iżda hemm bżonnha fil-ħolqien. L-evoluzzjoni għandha bżonn li l-bniedem jevolvi kompla l-Papa Franġisku. Il-Knisja Kattolika kellha dejjem reputazzjoni li kienet kontra x-xjenza sa anke Galileo kien qed jiffaċċja l-inkwiżizzjoni u kellu jwaqqaf it-teorija tiegħu li d-dinja ddur madwar ix-xemx biex salva ħajtu.

More in Socjali