Il-prezz tad-dijżil baqa' nieże, skont l-Kummissjoni Ewropea. Issa hemm 21 pajjiż fejn il-prezz tad-dijżil huwa irħas minn dak ta' Malta. Dawn huma l- Awstrija, Belġju, Bulgarjia, Kroazja, Ċipru, Repubblika Ċeka, Estonja, Franza, Ġermanja, Greċja, l-Ungerija, Latvja, Litwanja Lussemburgu, Olanda, Polonja, Portugal, Rumanija, Slovakia, Slovenia u Spanja.
Fil-Lussemburgu l-prezz hu ta' €1.05 euro kull litru li hu 0.21ċ inqas minn Malta.
Tnax-il pajjiż fl-UE għandhom il-prezz tal-petrol inqas minn dak ta' Malta u dawn huma l-Awstrija, Bulgarija, Ċipru, Repubblika Ċeka, Estonja, Ungerija, Latvja. Litwanja, Lussemburgu, Polonja, Rumanija u Spanja. Fil-Bulgarija l-prezz tal-petrol hu ta' €1.184 euro kull litru li hu 0.17ċ inqas minn dak ta' Malta.
Dan kollu ħareġ minn stqarrija li ħarġet il-Malta Automobile Club li qed tippressa lill-Gvern biex jilliberizza l-petrol u d-dijżil u barra li l-konsumatur ikollu għażla ta' liema fjuwil irid juża, jkollu għażla wkoll fil-prezzijiet,