Attenti għal dawn iż-żewġ nisa

Sidien ta' negozji qed javżaw kif dawn in-nisa qed jippruvaw jisirqu mill-ħwienet
 

Ritratti: Melanie Ruggier
Ritratti: Melanie Ruggier
Ritratti: Melanie Ruggier
Ritratti: Melanie Ruggier

Ritratti qed iduru fuq is-siti soċjali juru żewġ nisa lebsin il-kpiepel li qed jippruvaw jidħqu b'kaxxiera ta' diversi ħwienet u jisirquhom. Dawn in-nisa qed jidħlu fi ħwienet differenti jippruvaw jixtru oġġetti li jiswew €10 jew inqas u jħallsu b'karti tal-€100. Il-kaxxiera min-naħa tagħhom jagħtuhom il-bqija tagħhom, però dawn in-nisa jkunu jriduhom isarrfulhom il-€50 u hemmhekk, jgħidulhom li ma tawhomx il-bqija kif suppost u minħabba li jkunu f'ammonti mhux żgħar, iħawdu lil kaxxiera u b'hekk jispiċċaw biex mhux talli jieħdu l-bqija dovuta lilhom, imma wkoll iktar mill-ammont li jkunu ħallsu bih.

Jekk il-kaxxiera jirrifjutaw li jsarrfulhom dawn il-flus, jew jgħidulhom li m'għandhomx bqija, dawn in-nisa jirrifjutaw li jixtru l-prodott u jitilqu mill-ħanut.

Dawn in-nisa jidhru li huma nies li jafu x'inhuma jagħmlu minħabba li jiċċekkjaw jekk hemmx kameras fil-ħanut u fejn jinsabu dawn, u jagħtuhom daharhom sabiex ma jiġix jidher wiċċhom. Meta jkunu qed iduru l-ħwienet differenti, dawn in-nisa jilbsu kpiepel kbar u jibqgħu bihom fil-ħanut sabiex kemm jista' jkun ma jidhrux fil-kameras.

Skont l-istess kaxxiera, dawn in-nisa mhumiex Maltin u qed iduru diversi ħwienet f'żoni differenti ta' Malta, fosthom Tas-Sliema, il-Belt u l-Mosta.

More in Socjali