Għal Emanuel Cuschieri uffiċċjal fil-Partit Laburista u magħruf sew fil-qasam tax-Xandir radjofoniku llum kienet ġurnata li skont hu mhu s ejinsiha qatt. Emanuel Cuschieri għandu lil missieru Joseph rikoverat f'home ir-Rabat minħabba li jbati bid-dimensja. Iżda mir-ritratt juri li ż-żjara ta' Zanetti ġabitlu xi memorji antiki fejn jidher jidħak u jxejjer b'Zanetti, il-leġġenda tal-Inter u l-Arġentina warajh.
Emanuel Cuschieri hu Interist u ż-żjara ġiet organizzata minn Paul Fenech li hu l-President tal-Inter Club Pupi Zanetti li ferraħ mhux ftit lil missier, Joseph Cuschieri u lill-ibnu Emanuel li għal min ma jafx iddeċieda li jagħti ħinu kważi kollu u l-karriera għal missieru fejn iqatta kull sekonda libera tiegħu ħdjen missieru.
Emanuel Cuschieri kiteb hekk fuq l-istatus tiegħu:
Illum jum specjali ghalija...Ghadu kemm gie jzur lill-ghaziz missieri JAVIER ZANETTI..
Mument emozzjonanti li se jibqa' fil-memorja tieghi..Kont diga naf izda llum ikkonfermajt..
ZANETTI barra li kien player kbir u issa l-Vici-President tal-INTER..fuq kollox huwa persuna gentili, umana u ezempju klassiku ta' korrettezza..kif tistghu taraw ghamel hafna kuntent lill-ghaziz missieri!!!
Grazzi lis-sur Paul Fenech li ghamel possibli din ix-xewqa kbira tieghi!!!..