[FILMAT] Personalitajiet Maltin f'sessjonijiet ta' qari għat-tfal

Inizjattiva Aqra fis-Sajf f'Tas-Sliema ma' Kurt Calleja, Jessica Muscat u Xandru Grech 

Ritratt u Filmat: Ray Attard
Ritratt u Filmat: Ray Attard

L-Inizjattiva Aqra fis-sajf kienet waħda ta' suċcess dalgħodu f'Tas-Sliema hekk kif kienu ħafna tfal li pparteċipaw għal sessjonijiet ta' qari minn personalitajiet Maltin fosthom Xandru Grech, Kurt Calleja u Jessica Muscat.

Din l-attività saret bil-għan li t-tfal jiġu nkoraġġuti jaqraw iktar, anke matul ix-xhur tas-sajf. Preżenti għall-attività kien hemm il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo u ċ-chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri.

More in Socjali