Kostretti jċemplu Kastilja biex jinqdew mill-Isptar

L-ILLUM jirċievi ilmenti dwar dewmien u nuqqasijiet fis-servizz tas-saħħa 

Immaġina tirċievi telefonata mill-Isptar bil-persuna fuq il-linja tfakkrek li missierek għandu operazzjoni l-għada, meta fil-fatt huwa qiegħed l-Isptar Mater Dei bħalissa, skont l-appuntament, u ilu jistenna tal-anqas sitt siegħat biex jidħol għall-operazzjoni. Immaġina kieku wara ġimgħat ta’ stennija għal operazzjoni bażika, ma jkollok ebda għażla ħlief li ċċempel il-Ministeru tas-Saħħa jew saħansitra Kastilja biex tipprova tħaffef il-proċess ta’ stennija.

Dawn huma żewġ ilmenti li l-ILLUM irċieva fl-aħħar 24 siegħa dwar problemi li ffaċċjaw meta kienu l-Isptar jew waqt li kienu qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ, l-ILLUM kien infurmat minn sorsi fl-Isptar Mater Dei, b’każ fejn bint anzjan ta’ età pjuttost avvanzata kienet kostretta twassal l-ilmenti tagħha għand l-awtoritajiet, hekk kif missierha tħalla jistenna madwar disa’ siegħat biex isirlu test mediku li għalih kellu appuntament. Is-sorsi li tkellmu magħna qalu li jidher li fil-każ, kien hemm kollass totali ta’ komunikazzjoni, meta waqt li l-pazjent kien qed jistenna l-Isptar, il-qraba tiegħu rċevew telefonata minn Mater Dei li fakkrithom kif il-missier kellu appuntament l-għada, anke jekk dan ma kienx il-każ. 

 

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Socjali