Turisti Maltin imwaqqfa mill-pulizija fil-Polonja għax jaħsbuhom immigranti

Grupp ta’ 12-il turist Malti mwaqqfa mill-pulizija Polokka wara li resident jaħsibhom ‘immigranti illegali’

Grupp ta’ turisti  Maltin li kienu fuq btala fil-Polonja ġew imwaqqfa mill-Pulizija Pollakka wara li resident fil-lokal ħasibhom li kienu grupp ta’ “immigranti illegali.”

Skont il-gazzetta Pollakka Gazeta Wroclawska, resident ta’ Janowice Wielkie - villaġġ ċkejken fil-Polonja - għamel rapport lill-pulizija għax “kien hemm grupp ta’ persuni suspettuzi fil-villaġg tiegħu, u li dawn kienu immigranti illegali.”

Iżda ‘l-biżà’ ta’ dan ir-resident ma kienet vera xejn. Minflok, il-grupp suspettuż li kien qed idur u jgħaqqad fil-villaġġ ċkejken kien fil-fatt grupp ta’ 12-il turist Malti. Skont il-gazzetta, l-Ispettur tal-pulizija Jelenia Góra qalet li fil-fatt il-grupp ma kien illegali xejn u li kienu hemm b’mod legali mingħajr ma jagħtu fastidju lil ħadd.

L-Ispettur tal-pulizija qalet ukoll li f’dan il-każ “ir-reazzjoni kienet waħda esaġġerata.”

More in Socjali