L-Air Malta laqgħet b'bukketti ta' fjuri lil koppja Maltija-Olandiża li waslu Malta għall-100 darba tagħhom. Terrie Visser u żewġha saru parti mill-aqwa ambaxxaturi tal-Air Malta wara li nhar il-Ħamis li għadda, is-17 ta' Settembru vjaġġaw fuq l-Air Malta għall-100 darba tagħhom.
Il-koppja Visser ilhom jivvjaġġaw lejn Malta mill-ajruport ta' Amsterdam Schipol għal dawn l-aħħar 33 sena u din ta' nhar il-Ħamis li għadda kienet ir-raba' żjara tagħhom lejn Malta.
Il-kumpanija Air Malta laqgħethom permezz ta' upgrade għall-Business Class b'xejn u laqgħa sabiħa meta dawn waslu Malta.