Il-bacon, zalzett u laħam proċessat jikkawża l-kanċer

Dan kien dikjarat mill-WHO (L-organizazzjoni dinjija tas-saħħa)

Il-WHO kienet rappurtata li qed tippjana biex tiddikjara uffiċjalment li l-bacon, iz-zalzett u l-laħam proċessat jikkawża l-kanċer. Il-laħam aħmar hu mistenni wkoll li jiġi mpoġġi fil-lista li  probabbilment jikkawża l-kanċer fl-uman.

Dan mistenni li jkun magħruf uffiċċjalment nhar it-Tnejn li ġej fejn il-laħam proċerssat se jitpoġġa mal-lista tas-sigaretti, alkoħol u asbestos li jikkawża l-marda tal-kanċer. Sit tal-NHS jgħid li hemm evidenza li hemm rabta bejn min jiekol laħam aħmar u laħam proċessat mar-riskju tal-kanċer tal-musrana.

 

More in Socjali