Is-sinodu jivvota: Iva għat-tqarbin lid-divorzjati li jerġgħu jiżżewġu

Il-vot jgħaddi favur tqarbin lid-divorzjati b'żewġ terzi eżatti...80 Isqof kontra

Id-deċiżjoni li titħalla għad-diskrezzjoni tal-isqfijiet li jamministraw is-sagramenti lid-divorzjati li jerġgħu jiżżewġu għaddiet għal maġġoranza taż-żewġ terzi b'differenza ta' vot wieħed. Fejn nivvutaw favur 178 meta għal maġġoranza kien hemm bżonn 177 vot. Dan jirriżulta li 80 isqof ma qablux u ivvutaw Le għas-sagramenti lid-divorzjati

Il-Papa qal lis-sinodu tal-isqfijiet, "mingħajr ma naqgħu fil-periklu tar-relattivita inkella li nindemonjaw lil ħaddieħor, ippruvajna nilqgħu fi ħdana b'kuraġġ kbir it-tjubija u l-ħniena ta' Alla li tissupera il-kalkoli tagħna l-umani u li x-xewqa kbira Tiegħu hi li l-umanita kollha tiġi salvata. Is-sinodu uriena li l-vera difensuri tad-duttrina m'humiex dawk li jiddefendu l-kelma iżda l-ispirtu, mhux l-idejal iżda l-bniedem, mhux il-formuli iżda l-imħabba t'Alla u tal-maħfra tiegħu." temm il-Papa li għalaq is-sinodu billi stieden lil kulħadd biex jegħleb it-tentazzjoni tal-għira.

 

More in Socjali