
Lura lejn il-Futur: x’bassru u fejn marru żmerċ
minn Veronica Lynn Mizzi

Nhar l-Erbgħa li għadda, preċiżament fil-21 ta’ Ottubru, kienet ‘Back to the Future Day’. Ħafna jiktakru l-film tal-1989 ‘Back to the Future Part II’, meta Marty McFly u sieħbu Doc Brown għamlu l-vjaġġ tagħhom permezz tal-karozza li tivvjaġġa fiż-żmien, mibnija minn Doc. Permezz ta’ din il-karozza, dawn it-tnejn ivvjaġġaw tul iż-żminijiet, kemm fil-passat, fejn kienu ‘vjaġġaw’ sas-sena 1885, kif ukoll fil-futur. Fil-fatt, huwa propju l-jum ta’ nhar l-Erbgħa li għadda li fih suppost kellhom jaslu fil-futur, preċiżament fis-7:28 ta’ filgħaxija.
Ovvjament, minħabba li l-film ħareg 26 sena qabel il-preżent, dak kollu li deher fil-film bħala l-2015 kien biss ħsieb u suppożizzjonijiet tal-produtturi tal-film.
Din il-ġurnata kienet waħda mistennija ħafna minn bosta segwaċi tal-films, u f’bosta swali taċ-ċinema madwar id-dinja ġew organizzati avvenimenti biex ifakkru dan il-film u din il-ġurnata b’mod partikolari. Fil-fatt, ‘Universal Pictures’ reġgħu ħarġu dawn il-films f’din l-okkażjoni, u rnexxielhom jagħmlu $4.8 miljuni fi qligħ.
Minkejja dan wiħed mill-produtturi tal-films, f’kummenti li għadda fil-‘Back to the Future Day’, ammetta kif għal xi wħud mill-ideat dwar kif se jkun jidher il-futur, il-produtturi kienu ppruvaw jaraw x’kienu dawk l-affarijiet li jinsabu f’fażijiet ta’ ttestjar, u għaldaqstant diġà kien hemm il-pjanijiet għalihom.
Jidher li għalkemm kien iktar minn għoxrin sena qabel l-2015, il-film irnexxielu jsemmi u jaqta’ ħafna affarijiet li fil-fatt, verament jeżistu llum il-ġurnata. Meta ħareġ il-film, ħafna kienu dawk li skantaw u ħasbu li kienet impossibbli li t-teknoloġija tlaħħaq ma’ dawk l-affarijiet li dehru. Għalhekk, se nagħtu ħarsa lejn dawk l-affarijiet li bassru tajjeb fil-film u dak li fihom, żgarraw xi ftit.

Karozzi li jtiru - MA SEĦĦITX
Fil-futur tal-film, kif jaslu fil-futur, Mary u Doc jaraw diversi karozzi li jtiru. Ħaġa li prattikament dejjem tiġi inkluża meta xi ħadd jipprova jimmaġina l-futur. Sfortunatment, alissa jkollna nibqgħu mwaħħlin fit-traffiku, ladarba l-karozzi li għandna rridu nsuquhom mal-art.

Televiżjoni Flatscreen - SEĦĦET
Fil-film Marty jidher jara televiżjoni flat screen li fuqu jista’ jara ammont ta’ programmi fl-istess ħin. Din it-teknolġija hija bla dubju l-iktar waħda li ġrat u saret popolari, hekk kif prattikament, illum il-ġurnata kulħadd għandu televiżjoni flat screen ġewwa daru, u hija xi ħaġa relattivament faċli li taqsam it-televiżjoni biex tara iktar minn programm wieħed.

Żraben jinqaflu waħedhom - MA SEĦĦITX
In-nies fix-xena tal-futur jidhru lebsin żraben tad-dittà Nike, li jinqaflu waħedhom hekk kif tilbishom. Għalkemm preżentement ma teżistix din it-teknoloġija, id-domanda għal xi ħaġa simili, wara dan il-film, kienet tant qawwija li fl-2011, Nike iddeċidew li jagħmlu replika ta’ dawn iż-żraben, però xorta waħda ma jinqaflux waħedhom.

Video Conferencing - SEĦĦET
Meta Marty jkun fil-futur, jirċievi telefonata fuq it-televiżjoni tiegħu fejn fuqha jitkellem ma’ persuna oħra waqt li jaraha fl-istess ħin. Din hi xi ħaġa li ħafna nies jużaw kważi ta’ kuljum, li ssir kemm fuq skrins kbar bħal tat-televiżjoni, jew iktar prattika, fuq il-mobile phones. Hija teknoloġija ferm popolari fil-preżent, li qed tagħmel il-ħajja ta’ ħafna nies iktar faċli.

Ħwejjeġ li jinxfu waħedhom - MA SEĦĦITX
Meta Marty jkun fil-futur, jirċievi telefonata fuq it-televiżjoni tiegħu fejn fuqha jitkellem ma’ persuna oħra waqt li jaraha fl-istess ħin. Din hi xi ħaġa li ħafna nies jużaw kważi ta’ kuljum, li ssir kemm fuq skrins kbar bħal tat-televiżjoni, jew iktar prattika, fuq il-mobile phones. Hija teknoloġija ferm popolari fil-preżent, li qed tagħmel il-ħajja ta’ ħafna nies iktar faċli.

Teknoloġija tal-Marki tas-Swaba’ - SEĦĦET
Fl-2015 skont il-film ħadd ma juża flus kontanti iżda jħallas billi jpoġġi sebgħu fuq magna li tawtorizza l-ħlas. It-teknoloġija tal-marki tas-swaba’ tidher ukoll tintuża biex jinfetħu l-bibien. Illum il-ġurnata, il-flus kontanti qed jinqatgħu fl-użu tagħhom minħabba li kulħadd juża l-credit cards. It-teknoloġija tal-marki tas-swaba’ tintuża b’mod komuni ħafna llum il-ġurnata hekk kif mobiles bħall-iPhones għandhom din it-teknoloġija biex tkuntista’ tiftaħ il-mobile tiegħek.

Jaws 19 - MA SEĦĦITX
Fl-1989 kienet popolari l-franchise tal-films ‘Jaws’ li kienu bdew joħorġu mill-1975 u sa sentejn qabel ma ħareġ ‘Back to the Future Part II’, kienu diġà ħarġu erba’ films ta’ ‘Jaws.’ Dan jispjega l-fatt li l-produtturi ħasbu li dan kien se jibqa’ joħroġ anke sa 26 sena wara, fejn ikun diġà wasal fid-dsatax-il ħarġa tiegħu.

Billboards Diġitali - SEĦĦET
Fil-film, wieħed jista’ jara billboard fi pjazza li fuqu, ir-riklam kien wieħed animat. Din hija xi ħaġa komuni ħafna, fejn fi pjazez kbar tara dawn it-tip ta’ skrins b’dawn ir-riklami, bħalma naraw fi pjazez ewlenin bħal Times Square u Piccadilly Circus, però din it-teknoloġija nistgħu narawha wkoll f’pajjiżna.

Nuċċalijiet telefon - SEĦĦET
Fil-futur tal-film, in-nies jidhru jilbsu dawn in-nuċċalijiet li minnhom wieħed jista’ jagħmel telefonata jew anke jara il-vidjows. Din hija xi ħaġa li għalkemm mhix popolari ferm ma’ kulħadd, jeżisti l-Google Glass, li meta persuna tilbishom għandha prattikament tkun kapaċi taqdi l-istess funzjonijiet li ssemmew fil-film, u aktar fosthom li tuża l-internet.

Hoverboard - MA SEĦĦITX
Din kienet waħda mill-aktar ‘teknoloġiji’ li kienet ħalliet lin-nies jittamaw li jaslu fil-futur, billi l-hoverboard kienet se tkun revoluzzjoni fil-qasam tat-trasport. Saru ħafna tentattivi sabiex tinħoloq hoverboard li verament taħdem, però minkejja li kien hemm diversi tentattivi li ġew viċin, din it-teknoloġija għadha xi ħaga li għad irridu nistennew biex nippruvaw.

