Id-Dolomiti: Arkitettura stupenda tan-natura
minn John Busuttil
L-Alpi huma fost l-akbar reġjun muntanjuż fl-Ewropa, li jeħodna mill-Awstrija sas-Slovenja, matul l-Italja, l-Iżvizzera, Liechtenstein, il-Ġermanja u l-punent ta’ Franza. L-art li jieħdu dawn il-muntanji hi ta’ 965 kilometru.
Id-dolomiti huma parti mill-Alpi, iżda b’Differenza! Fil-formazzjoni tagħhom, dawn huma uniċi u huma fost l-isbaħ eżempju ta’ arkitettura naturali fid-dinja.
Kull meta nkun għaddej minn dawn il-muntanji nħossni ferm emozzjonat, fejn ħafna drabi jiġini ħsieb spiritwali f’moħħi, ‘Ix-xenarju li jaqtagħlek nifsek hu wieħed sublimi ta’ splendur naturali fl-aqwa tiegħu. Allura kemm hu isbaħ l-arkitett vera tagħhom?’, u nimmedita għal ftit sekondi dwar dwar il-kobor ta’ dan l-arkitett.
Dan hu eżatt dak li għandkom tistennew mid-Dolomiti u mill-villaġġi skwiżiti tal-madwar.
Kull filgħodu malli kont niftaħ għajnejja kont nissaħħar bix-xena kollha bajda li kont nara quddiemi. Hemm diversi postijiet li wieħed jista’ joqgħod fil-villaġġi tad-Dolomiti u kull darba li mort, dejjem qgħadt f’lukandi ċkejknin fil-villaġġi pittoreski fid-Dolomiti stess. Iżda l-aktar tnejn li laqtuni kienu Bressanone u Appiano San Paolo, b’dan tal-aħħar li kien jaffaxinani. Din il-lukanda ċkejkna u tipika tinsab fit-triq tal-inbid fejn kastelli pittoreski u fortizzi tal-qedem jikaratizzaw il-ġmiel ta’ dan il-villaġġ kwarta bogħod mill-belt kbira ta’ Bolzano.
Din il-lukanda tinsab eżatt fit-tarf tal-villaġġ li hu msemmi għall-150 presepju li hemm fit-twieqi ta’ kull dar u ħanut. Dawn il-presepji huma mfittxija ħafna mit-turisti Taljani u huma l-alternattiva tal-Christmas Markets tradizzjonali.
Jekk qed titħajru tqattgħu xi Milied lejn dawn in-naħat niggarantilkom li tkun esperjenza unika.
Il-proprjetarju ta’ din il-lukanda kien bniedem ferrieħi li kien iħossu komdu jitkellem aktar bil-Ġermaniż milli bit-Taljan, anke jekk kien jikkunsidra ruħu bħala Taljan. Imma dawk in-naħat il-lingwa Ġermaniża hi dik naturali. Anke l-kċina tiegħu hi mitfugħa aktar fuq in-naħa Ġermaniża milli kċina Taljana, iżda ara tmaqdarlu l-kċina u l-inbid li jipproduċi hu stess, li kien skwiżit.
Id-Dolomiti: il-perla tal-Alpi
Din is-sensiela ta’ Muntanji jagħmlu parti mis-serbut tal-Alpi li jibdew f’forma ta’ nofs qamar mill-Gulf ta’ Genoa fI-ltalja, jaqsmu l-Iżvizzera u jibqgħu sejrin sa tarf Vjenna fl-Awstrija, b’tul ta’ 965 kilometru.
Ix-xenarju Ii l-muntanji, ix-xmajjar, l-għadajjar u l-widien li jipprovdu hu wieħed li ma tantx tista’ tiddeskrivih jekk ma tarahx b’għajnejk
Ix-xenarju li l-muntanji, ix-xmajjar, l-għadajjar u l-widien li jipprovdu hu wieħed li ma tantx tista’ tiddeskrivik jekk ma tarahx b’għajnejk. Fuq il-ġnub tal-muntanji nsibu msaġar kbar ta’ siġar li jiġu kkultivati għall-prodotti ta’ kuljum. Fuq għadd ta’ naħat oħra, insibu spazji miftuħa u kbar li jintużaw biex fihom jirgħu l-baqar u n¬-nagħaġ. Fuq l-għola quċċati, is-silġ jibqa’ s-sena kollha filwaqt li fl-¬livell ta’ madwar 2,000 metru, dan iżomm għal sitt xhur.
Bla dubju li dawra mal-muntanji Dolomiti tiftaħlek nifsejk filwaqt li titfgħek f’atmosfera ta’ trankwillità bil-ġmiel tagħha.
Il-Gran Giro tad-dolomiti
Biex iddur dawra tajba ma’ dawn il-muntanji trid bilfors jew tikri karozza, inkella tmorru xi grupp żgħir u tikru mini bus b’xi xufier tajjeb biex jitla’ u jinżel minn muntanja għall-oħra.
Hemm diversi ‘passes’ li fil-fatt huma t-toroq minn fejn wieħed jaqbad muntanja għal dik li jmiss. U bla dubju li kif tasal fil-quċċata ta’ kull ‘pass’ trid tieqaf tieħu xi kafè tajjeb minn xi bar żgħir li jkun hemm fil-quċċata quddiem fireplace biex tisħon ftit, dan barra li ma jistax ikun ma tiġbidx erba’ ritratti tajba.
Fejn hemm il-muntanji, bilfors li hemm il-widien, għax bejn muntanja u oħra jkun hemm widien, xmajjar u lagi. Nitilqu lejn il-Val Gardena fuq in-naħa tal-Punent tad-Dolomiti. L-ewwel Grupp ta’ muntanji magħrufa li jiddominaw il-Val Gardena, huwa dak massiv tas-Sassolungo.
Minn hemm, insuqu lejn iI-Val di Selva u anki I-Val Badia fejn hemm serje sħiħa ta’ ġnub ta’ muntanji għoljin mneżża’ u għerwenin, li jagħtu xejra ta’ kumpless selvaġġ u deżert. Minn hawn, naqsmu l-Passo Gardena li hu wieħed mill-erba’ Passes li joffru l-ftuħ minn qalb il-grupp ta’ Sella.
Cortina d’Ampezzo
Nagħmlu waqfa Cortina d’Ampezzo li hu bla dubju ta’ xejn wieħed mill-aktar postijiet famużi għall-villeġġjatura u għal attivitajiet sportivi tax-xitwa fost il-kumpless tad-Dolomiti. Jien ċert li m’hawnx wieħed jew waħda fostkom li qatt ma smajtu bih f’xi news item fuq it-television, f’xi magazine jew inkella f’xi film li rajtu fiċ-ċinema jew televiżjoni. It-toroq fiċ-ċentru tal-belt huma mimlijin ħajja u attività kummerċjali. Hawnhekk, wieħed jista’ jitla’ bil-cable car fuq il-muntanja u jitpaxxa bix-xena pittoreska, fejn tista’ ssib cable cars bil-gzuz.
Kif tasal hemm
Hemm żewġ modi kif wieħed jibda t-triq lejn id-Dolomiti. Wieħed jista’ jmur Milan u jsuq lejn in-naħa ta’ fuq, inkella jmur ma’ RyanAir lejn Venezja u minn hemm, it-triq hi kemmxejn aktar viċin. Kif diġà ktibt, biex iddur dawn in-naħat fejn hemm ħafna iżjed villaġġi fejn tieqaf, l-aħjar li tikri karrozza. Inkella tingħaqad ma’ xi grupp.