Sewwieqa tal-karrozzi jistgħu jsuqu xi muturi, wara li jieħdu taħriġ, mill-ewwel ta’ Jannar. Transport Malta qed timplimenta l-miżura li tħabbret fid-diskors tal-Baġit.
Il-mutur ma jistax jaqbeż il-125cc u jrid ikollu power rating ta’ 11KW jew inqas. Il power/weight ratio għal muturi elettriċi ma jistgħux jaqbżu 0.15KW kull kilogramma. Muturi triċikli ma jistgħux ikunu ta’ saħħa iktar minn 15KW.
Ix-xufiera jridu jitħarrġu ma’ skola tas-sewqan ċertifikata għal għaxar siegħat, sebgħa minnhom prattika. L-iskola tas-sewqan toħroġ ċertifikat u Transport Malta taġġorna l-liċenzja bil-kodiċi nazzjonali 111. Ix-xufiera ma jistgħux iġorru passiġġier fuq il-mutur.