Waqt il-programm Xarabank tal-bieraħ filgħaxija, tħabbru l-20 finalist li se jkunu qed jikkompetu biex jirrapreżentaw lil pajjiżna fil-Eurovision li din is-sena se jkun qed isir l-Iżvezja.
Fost il-finalisti, li wħud minnhom huma wċuħ ġodda, wieħed isib bosta wċuħ familjari mal-Eurovision bħal Lawrence Gray, Christabelle u Corazòn.
L-unika kantanta li għandha iktar minn diska waħda fil-finali hi l-eks rebbieħa tal-istess festival, Ira Losco.
Is-semi finali u l-finali se jkunu qed isiru fit-22 u t-23 ta' Jannar li ġej fis-sala ta' Dar il-Mediterran għall-konferenzi.
Il-kanzunetti li għaddew għall-finali huma:
Corazon Mizzi – Falling Glass
Brooke Borg – Golden
Deborah C – All around the world
Lawrence Gray – You’re Beautiful
Ira Losco - That's Why I Love You
Raquel Galdes – Flashing Lights
Kimberley Cortis – Lighthouse
Jessika – The Flame
Maxine Pace – Young Love
Jasmine Abela – Alive
Dominique Azzopardi – Empty hearted
Dominic – Fire Burn
Daniel Testa – Under the Sun
Franklin Calleja – Little Love
Ira Losco – Chameleon (Invincible)
Dario Mifsud Bonnici – I Love You
Stefan Galea – Light up my life
Danica Muscat – Frontline
Christabelle Borg – Kingdom
Sarah Crystal – Right here with you