Aktar kmieni llum, membri tal-Malta Canoe Polo Club, flimkien ma ohrajn mis-SeaKats, Dragon Boat Malta u WaveSki Malta hadu sehem fl-edizjoni ta din is-sena ta l-attivit maghrufa bhala 'Paddle for l-Istrina'. L-ghan wara dan l-avveniment hu li jingabru fondi ghal-karita.
Riekeb fuq quddiem ta' kenura hadra, l-Father Xmas inghaqad ma madwar 30 qaddief li telqu mill-klabb tas-SeaKats u qasmu l-Port ta' Marsamxett ghal-Tas-Sliema. Hawnekk inaghqdu maghhom crew ta 12-il qaddief mid-Dragon Boat Malta.
Wara qadfa madwar ix-Xatt ta' Tas-Sliema, il-membri tal-Malta Canoe Polo Club organizaw loghba ta canoepolo, biex b'hekk provdew spettaklu u toghma ta dan l-isport li f'Malta ghadhu relativament gdid.
F'tmiem il-loghba, il-qaddiefa rritornaw lejn il-klabbs rispettivi taghhom fil-Belt Valletta, Manoel Island u l-Pixxina Nazjonali f'Tal-Qroqq.
L-attivita li jmiss, organizzata mill-Malta Canoe Polo Club hi t-tournament tal-Milied, li se jsehh fil-21 ta' Dicembru, fil-Pixxina Nazjonali, f'Tal-Qroqq. L-ewwel loghba tibda fit-8:15pm u l-membri tal-media huma mistiedna ghal-dan l-avveniment.