Nhar il-Ħadd 6 ta' Diċembru, Edward Bonavia li jirrapreżenta l-Astellas Pharma International f'Malta flimkien mal-istaff ta' EJ Busuttil Ltd (importaturi lokali u distributuri ta' Astellas Phrama Products) qattgħu filgħodu kollu jiżirgħu siġar indiġeni fil-foresta 2000 il-Mellieħa. Skont Bonavia din l-attivita hi l-kontribuzzjoni ta' Malta fl-inizjattiva li l-kumpannija ħadet li sejħitilha 'Changing Tomorrow', nibdlu l-futur. "Il-kumpannija madwar id-dinja tieħu ħsieb mhux biss is-saħħa tal-bniedem permezz tal-farmaċewtiċi iżda wkoll l-ambjent li jgħix il-bniedem fih. Dan l-eżempju għandu jitwassal lil poplu Malti biex is-soċjeta tiġġieled kontra l-bini li dejjem qed jikber u joħnoq il-fetħiet ambjentali." qal Edward Bonavia. Sadattant Raymond Vella li hu dak li jieħu ħsieb dan is-sit spjega l-importanza tas-sit u l-istorja tiegħu filwaqt li l-ħaddiema taw donazzjoni biex Raymond Vella jkollu biex jieħu ħsieb is-siġar f'din il-foresta.