Riesqa l-kesħa u waslet l-influwenza
Aħsel idejk spiss u ixrob 8 tazzi ilma kuljum
More in Socjali
Aħsel idejk spiss u ixrob 8 tazzi ilma kuljum
Dan il-bnazzi kollu mistenni jinbidel f’kesħa u xita fi żmien ħmistax-il ġurnata oħra. Għalkemm lejn il-bidu tas-sena it-temperatura mistennija tinżel xi grad jew tnejn iżda jkollna ftit xita wkoll. Dan kollu jwassal għall-influwenza li diħa bdiet tinxtered bil-mod il-mod.
Arja aktar friska u umidita baxxa tippromwovi trasmissjoni ta’ viruses u influwenza minn wieħed għall-ieħor. L-influwenza hi marda li tiġri fl-arja u għalekk tittieħed minn bogħod ta’ madwar tliet metri. Forsi n-nanniet tagħna kienu jgħidulna biex inżommu sħan u ma taqbadniex influwenza, iżda dan mhux il-fatt minħabba li l-influwenza tattakka skont it-temp. Il-fatt li ħafna nies jitgeddsu flimkien f’ambjenti magħluqa u ffullati ikabbru l-influwenza. L-aktar li jinqabdu huma t-tfal għax dawn fl-iskejjel jagħmlu kuntatt ħafna ma xulxin u meta jkunu weħidhom ma jafux jieħdu ħsieb l-iġjene tagħhom.
Anke ekonomikament l-istaġun tal-influwenza jolqot ħażin lil pajjiżna għax ħafna jieħdu sick leave u x-xogħol ma jimxix bħas-soltu. Biex tbiegħed l-influwenza għandek taħsel idejk spiss u ixrob mat-tmien tazzi ta’ ilma kuljum. Toħroġ fix-xita mingħajr umbrella.