L-awtiżmu għen lil Messi biex isir l-aqwa fid-dinja

 Id-dribble tiegħu hu ripettitv, il-ġirja ripettitiva u x-xutt mekkanizzat tiegħu ġejjin mis-syndrome tal-Apserger 

Ta’ 8 snin sar magħruf li Messi kellu l- Asperger Syndrome, magħrufa bħala forma ‘mild’ ta’ awtiżmu. Li jkollok din il-forma ta’ awtiżmu ma jwaqqfekx milli tasal għal ġenjalita li dan is-sindrome ħafna drabi jwassal. Il-maġġoranza li jintlaqtu huma ġeneralment irġiel fejn ikollhom diffikulta biex jisoċjalizzaw u jirrepetu ħafna azzjonijiet. Dan fil-fatt hu l-każ ta’ Messi.

U dan l-awtiżmu għenu biex isir dak li hu għax id-dribble ripettitv, il-ġirja ripettitiva u x-xutt mekkanizzat tiegħu ġejjin mis-syndrome tal-Apserger (awtiżmu). Għax min ibati bl-awtiżmu għandhom manija li jadottaw ‘pattern’ u jirrepetuha għal perfezzjoni.

Messi dejjem jagħmel l-istess movimenti, kważi dejjem imur fuq in-naħa tal-lemin, jidribbilja l-istess mod u stil u jiskorja goals simili. Studju juri li min hu awtistiku għandu memorja straordinarja u Messi jaf il-mossi li jkun se jagħmel qabel jagħmilhom u moħħu minn qabel ikun diġa jaf kif se jasal għal goal. Meta jidħol fil-kaxxa dejjem tistenna li se jasal biex jegħleb il-goalkeeper għax moħħu jkun diġa studja l-mod kif se jgħelbi. Mal-goal wieħed jista jara dik it-tbissima tipika li turi li laħaq il-missjoni tiegħu.

Espert fl-awtiżmu, Vitulli jgħid li l-abilita tiegħu li jżomm il-ballun imwaħħal ma’ saqajh filwaqt li jiġri b’veolċita qawwija hu frott ta’ movimenti ripettitivi.

Fil-fatt bħal Messi hemm ‘surfer’ famuż mill-Hawaii, Clay Marzo li wkoll hu awtistiku u wieħed jista’ jara r-ripetizzjoni tiegħu kif jiffaċċja l-mewġ. Skont Vitulli l-awtistiċi mhux krejattivi iżda jirrepetu. Fil-fatt Neymar u Ronaldo jikkrejaw aktar iżda jiżbaljaw aktar, Messi jiżbalja ħafna inqas għax il-mossi tiegħu huma ripettitivi u jagħmilhom għal perfezzjoni. Hu magħruf li anke Newton u Einstein kellhom xi forma ta’ awtiżmu u anke Bill Gates. .

 

 

More in Socjali