Ġiet żvelata l-ordni ta' kif se jkunu kantati d-diski fis-semi finali ta' Mejju lli ġew fl-Iżvezja, u l-kantanta Maltija Ira Losco se tkun qed tkanta fl-ewwel semifinali, bħala l-aħħar diska.
Id-diska 'Walk on Water', se tkun fl-ewwel semi finali, nhar it-Tlieta, l-10 ta' Mejju, u l-ordni tad-diski ġiet magħżula b'tali mod li jkun hemm taħlita ta' stili differenti, biex jiġi offrut spettakklu mill-aqwa. F'każ li Malta tgħaddi mis-semi finali, tieħu sehem fil-finali tas-Sibt, 14 ta' Mejju, u l-ordni ta' dik is-serata jiġi determinat ftit wara r-riżultati tat-tieni semi finali.
Tgħid tal-aħħar ibaħħar?
L-ordni ġiet żvelata iktar kmieni llum u hi, kif ġejja:
L-ewwel Semi Finali - 10 ta' Mejju
1. Il-Finlandja
2. Il-Greċja
3. Il-Moldova
4. L-Ungerija
5. Il-Kroazja
6. L-Olanda
7. L-Armenja
8. San Marino
9. Ir-Russja
10. Ir-Repubblika Ċeka
11. Ċipru
12. L-Awstrija
13. L-Estonja
14. L-Ażerbajġan
15. Il-Montenegro
16. L-Iżlanda
17. Il-Bożnija Ħerżegovina
18. Malta
It-Tieni Semi Finali - 12 ta' Mejju
1. Il-Latvja
2. Il-Polonja
3. L-Iżvizzera
4. L-Iżrael
5. Il-Belarus
6. Is-Serbja
7. L-Irlanda
8. Il-Maċedonja
9. Il-Litwanja
10. L-Awstralja
11. L-Islovenja
12. Ir-Rumanija
13. Il-Bulgarija
14. Id-Danimarka
15. L-Ukraina
16. In-Norveġja
17. Il-Ġeorgia
18. L-Albanija
19. Il-Belġju