L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Huwa żmien li tagħraf tkun aktar motivat/a mas-sieħeb/sieħba tiegħek f’dawn il-ġimgħat li ġejjin sabiex dak li hemm jissaħħaħ bejnietkom. Wasal iż-żmien li barra li tkun puntwali fil-ħidma tiegħek, tkun puntwali miegħek innifsek. Barra dan, pjan ta’ safra jkun tajjeb kemm għalik kif ukoll għall-partner tiegħek biex ikollkom spazju għal xulxin.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Libra.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3,15,24 u 35.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Bħalissa tista’ tħossok li għaddej minn mument ta’ inċertezza imma fil-ġranet li ġejjin din sejra tinqeleb u terġa’ tikseb il-kunfidenza li tixtieq. Tħallix il-biża’ ta’ deċiżjoni li trid tieħi aktar ’il quddiem tiddominak. Vista li trid tagħmel l-isptar ser tkun aktar pożittiva milli negattiva.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, aħdar u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Scorpio
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 16, 23 u 36.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Bħalissa tinsab inċert dwar sitwazzjoni li forsi ġġiegħlek tibża’. Tkun xi tkun il-problema għandek taffaċjaha s-sitwazzjoni u esprimi dak li tħoss. Kun int li tieħu d-deċiżjoni li hemm bżonn. Persuna mill-passat taf iġġiblek nostalġija u anke xi ftit tal-problemi, evita kunfidenza żejda.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Sagittarius.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 22 u 34.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.
Taurus mill-21 ta’ April dal-20 ta’ Mejju
Se tiġi kkonfrontat minn ostaklu tal-passat, ara li ma jerġax jinqala’ dan l-ostaklu bejnietkom għaliex trid tkun int li tagħraf li kollox jibqa’ għaddej sew madwarkom. Għalkemm tista’ tafda ċerta nies, iż-żmien qed jurik differenti, uża moħħok.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Capricorn
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 14, 24 u 36.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Oqgħod attent li l-pjanijiet li għamilt jiġu attwati sabiex ma jkunx hemm diżappunti. Il-pjanijiet li għandek qassamhom sew biex ma toħloqx pressjoni żejda fuqek innifsek anke minħabba l-ambizzjonijiet tiegħek stess. F’dan iż-żmien jidher li qed toqrob il-bidla fik u fil-ħajja ta’ madwarek; prepara lilek innifsek tajjeb għal din il-bidla.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma blu, isfar u oranġjo.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Aquarius
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 13, 29 u 38.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-perjodu, l-imħabba qiegħda timlik b’nuqqas ta’ trankwillità. Għalkemm tixtieq tagħmel pass ’il quddiem, xi ħaġa ġewwa fik qed iżżommok. Għalkemm inti persuna ħelwa, mhux kulħadd japprezza dan u għalhekk tajjeb li tieħu l-passi meħtieġa f’dan il-perjodu. Id-deċiżjoni tinsab ġewwa fik u għalkemm qed tibża’ teħodha u qed toħloq fik iktar inċertezza, iż-żmien tad-deċiżjoni issa wasal.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Pisces
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 14, 27 u 33.
Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Għalkemm bħalissa r-relazzjonijiet f’ħajtek jinħassu xi ftit dgħajfa, trid tkun inti li ssaħħaħ ir-relazzjoni u tippjana iktar ħin għall-imħabba. Tħallix ix-xogħol u l-pressjoni li jġib miegħu jfixkluk, ilqa’ bis-saħħa dak kollu li jiġi ma’ wiċċek tul il-ġurnata ta’ ħidma.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Aries
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 18, 24 u 39.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
TJekk ma tagħrafx iżżomm kontroll fuq is-sitwazzjoni tar-relazzjoni tiegħek, dak li hemm bejnietkom it-tnejn jista’ jkun qed jixxabbat max-xifer. Qis li tindirizza l-bżonnijiet eżistenti. Għalkemm iż-żminijiet jidhru xi ftit diffiċli, taqtax qalbek għax dan il-perjodu dalwaqt jintemm u tibda tħossok aħjar. Sib ħin u spazju biex tirrilassa u titbiegħed mit-tensjoni li tista’ tinħoloq.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Taurus
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 22 u 35.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Għalkemm tħossok imtaqqal minħabba xi relazzjoni xorta waħda trid tħares ’il quddiem għal ħarifa li għandha ġġib magħha mħabba ġdida li għaliha trid tkun ippreparat sewwa. Wasal iż-żmien li ddur dawra miegħek innifsek u tieħu ħsieb taġġorna ruħek mal-era ġdida li dalwaqt ser issib ruħek fiha. Agħraf analizza l-opportunitajiet li jippreżentaw ruħhom quddiemek.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Gemini
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 25 u 38.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Tħallix esperjenza ta’ mħabba li ġarrabt fil-passat tirrepeti ruħha u oqgħod attent mill-konsegwenzi li kellek biex ma terġax tgħaddi minnhom. Meta qed titlob parir aċċerta ruħek li ma’ min qed tiddiskuti jaf xi jgħid u kapaċi jiggwidak tajjeb. Agħraf uża moħħok u tibqax taħseb b’qalbek jekk trid tevita maltempata li riesqa lejkl.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Cancer.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 17, 21 u 32.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Huwa importanti li tinsa dak kollu li għaddejt minnu fil-passat u tħares ’il quddiem jekk ma tridx issib kuntentizza ibqa’ mwaħħla mal-passat. Kun konxja ta’ dik li inti kapaċi tagħmel u emmen fil-potenzjal tiegħek biex trabbi iktar saħħa fik innifsek. Il-passat għandu jservi ta’ tagħlima għall-futur tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Leo
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 16, 28 u 34.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Bħalissa mhux il-mument li tieħu deċiżjoni, agħraf x’ser jiġri fil-ġimgħat li ġejjin. Din il-fażi ta’ tensjoni u pressjoni li tinsab fiha dalwaqt ser tgħaddi u minnha ser toħroġ aktar b’saħħtek. Ħu ħsieb tippjana xi vaganza qasira biex b’hekk tistrieħ u tieħu nifs ġdid u tħossok iktar int.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, blu u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li toffrilek l-aktar kunfidenza ġejja minn Virgo
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 18, 26 u 35.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.