Użu rampanti u bla kontroll ta’ apparat illegali tal-għajjat elettroniku
L-istaġun tal-insib ikompli mingħajr ma tintlaħaq il-kwota
minn John Busuttil
BirdLife Malta llum qed ittenni s-sejħa li saret il-ġimgħa l-oħra mill-CABS, ilKumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (agħfas fuq il-ħolqa ta’ hawn taħt) biex jingħalaq l-istaġun tal-insib għall-Pluviera (Golden Plover), wara li fl-aħħar ftit ġimgħat kellna passa eċċezzjonali ta’ din l-ispeċi li wasslet għal attività tal-insib mifruxa maż-żewġ gżejjer, ħafna drabi billejl, bl-użu illegali ta’ apparat talgħajjat elettroniku biex jattira lil dawn l-għasafar.
Flimkien ma’ din l-istqarrija, BirdLife Malta qed ixxandar filmat (agħfas fuq ilħoloq ta’ hawn taħt) li juri l-użu ta’ dan l-apparat tal-għajjat elettroniku (electronic callers) f’diversi lokalitajiet fil-kampanja. Dan il-filmat juri kif l-użu ta’ dan l-apparat illegali hu rampanti u bla kontroll.
Tul Novembru u Diċembru konna qed nirċievu ta’ kuljum rapporti minn membri talpubbliku dwar l-użu ta’ dan l-apparat tal-għajjat elettroniku għall-insib tal-Pluvieri matul il-ġurnata u matul il-lejl, bi ftit jew xejn azzjoni min-naħa tal-pulizija biex dan jiġi kkontrollat.
Mistoqsijiet li saru lill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) waqt laqgħa tal-Kumitat Ornis li saret nhar il-Ħamis jikxfu kif għalkemm kienet rappurtata preżenza ta’ bejn 30 u 35 uffiċjal tal-infurzar fil-kampanja tul l-istaġun tal-insib, tul l-aħħar 4 xhur ta’ kaċċa u nsib inħarġu biss 11-il multa fuq l-użu tal-apparat tal-għajjat elettroniku – ammont miżeru meta tqis li tul dan il-perjodu kien hemm madwar 10,000 kaċċatur u 4,000 nassab fil-kampanja Maltija.
Wara l-emendi li ġew proposti mid-WBRU fl-2013 għar-Regolamenti dwar ilKonservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi, l-użu ta’ dan l-apparat tal-għajjat elettroniku ġie dekriminalizzat, u llum minflok jispiċċaw il-qorti dawk li jinstabu ħatja ta’ ksur tal-liġi jeħlu biss multa ta’ €250. Għalkemm din il-bidla saret biex suppost twassal għal infurzar aktar effettiv, jidher li l-effett tagħha qed ikun proprju l-oppost.
Saret prassi li tul l-istaġun tal-insib dan l-apparat jinxtegħel awtomatikament filkampanja f’diversi postijiet fejn jinstabu l-imnasab u jintefa’ malli tinxtamm linqas preżenza tal-pulizija jew ta’ membri tal-pubbliku li jistgħu jirrappurtaw lillawtoritajiet.
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Ornis ta’ nhar il-Ħamis, id-WBRU ikkonfermat ukoll li lkwota ta’ 700 Pluviera allokata għall-istaġun tal-insib ta’ din is-sena għadha ma ntlaħqitx, minkejja li l-birdwatchers osservaw waħda mill-aħjar snin għall-passa ta’ din l-ispeċi.
“Filwaqt li l-użu ta’ electronic callers hu mingħajr kontroll, dan l-apparat hu effettiv ħafna biex jattira l-għasafar lejn l-imnasab, u llum sar parti integrali millkampanja rurali tagħna,” ikkummenta l-Conservation Manager ta’ BirdLife Malta Nicholas Barbara. Dan imur kontra l-ispirtu ta’ superviżjoni stretta li tesiġi din idderoga li suppost tistabbilixxi total ta’ 6 għasafar li jistgħu jinqabdu minn kull nassab, bl-insib jieqaf meta jintlaħaq dan in-numru.
BirdLife Malta testendi l-appell lill-membri tal-pubbliku biex ikomplu jirrappurtaw kull illegalità li jaraw billi jċemplu fuq 119. L-użu ta’ dan l-apparat u l-postijiet fejn jiġi osservat għandhom ikunu reġistrati bil-GPS u għandhom jiġu rrappurtati mill-ewwel ukoll lil BirdLife Malta fuq [email protected].