Fil-jiem li ġejjin, pajjiżna se jieħu ftit jiem ta' mistrieħ mill-kesħa li kienet qed tagħmel hekk kif inhi mistennija żieda fit-temperaturi.
Fil-fatt, firstmalta.com qed ibassru li mill-lum, se jkun hemm żieda fit-temperaturi, u l-jiem li ġejjin se jkunu kkaratteriżżati minn temperaturi ferm iktar komdi, dan wara jiem ta' kesħa li setgħet tinħass kbira f'waqtiet, minħabba r-riħ kiesaħ.
Wara li lbieraħ it-temperatura kienet 10C, illum u fil-bqija ta' din il-ġimgħa, mistennija jkun hemm titjib, bit-temperaturi jlaħħqu l-15C matul il-ġurnata. Filgħaxija wkoll mistenn titjib meta mqabbel mal-iljieli ta' qabel, fejn mistennija li l-inqas temperatura filgħaxija tkun dik ta' 10C.
Minkejja dan, it-temperaturi għandhom jerġgħu jinżlu matul tmiem il-ġimgħa, u jkomplu jinżlu matul il-ġimgħa d-dieħa, iżda mhux se jkunu qed jerġgħu jinħlu fl-istess livelli tal-bieraħ.