Il-grupp Drachma, li huwa grupp ta’ sapport għal persuni LGBTIQ kif ukoll għal ġenituri
b’ulied LGBTIQ, jixtieq jirringrazzja lill-Isqfijiet Maltin għall-Kriterji għall-Applikazzjoni
ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Laetitia li ħarġu nhar il-Ġimgħa li għaddiet. Fil-ħruġ ta’ dawn
il-linji gwida, l-Isqfijiet Maltin urew sens pastorali kbir. Waqt li komplew jibnu fuq ir
riżultat tas-Sinodu dwar il-Familja u fuq it-tagħlim tal-Papa Franġisku, f’kontinwità
mat-tagħlim tal-Papiet preċedenti, il-lingwaġġ użat minnhom kif ukoll il-mod kif
sitwazzjonijiet kumplessi huma indirizzati jinħassu friski u ġodda u tassew juru li l
Knisja hi Omm li tgħallem u tħobb lil uliedha kollha, huma min huma u jinsabu fejn
jinsabu.