F’ħames snin ġew reġistrati medja ta’ 1,900 każ ġdid ta’ kanċer

L-iktar lokalitajiet b’pazjenti tal-kanċer: Il-Mosta u Ħal Qormi....l-inqas Ħal Kirkop

L-iktar lokalitajiet li r-residenti tagħhom sofrew kanċer kienu l-Mosta u Ħal Qormi, filwaqt li l-inqas kienet Ħal Kirkop. Intant f’ħames snin, bejn l-2010 u l-2015 kienu rreġistrati 1,908 każ ġdid ta’ kanċer, jew medja ta’ 964 nisa u 944 irġiel.

Meta mqabbel maċ-ċifri Ewropej, ir-rata ta’ pazjenti tal-kanċer f’Malta mhux ogħla, anzi f’ċerti każi huma inqas. Il-kanċer fil-musrana l-kbira, filwaqt li hija aktar komuni fost l-irġiel milli nisa, huwa inqas komuni fost il-Maltin mill-medja fl-Ewropa. L-istess fil-każ tal-pulmun, fil-fatt filwaqt li r-rata ta’ nisa li jbatu minn dan it-tip ta’ kanċer hija ta’ 9.62 u fost l-irġiel ta’ 35.03, fl-Ewropa, il-medja titla għal 11.7 u 45.1 rispettivament.

Min-naħa l-oħra, ir-rata ta’ kanċer fost pazjenti bil-kanċer fil-frixa hija ogħla f’Malta mill-medja Ewropea. F’Malta, ir-rata fost in-nisa hija ta’ 6.19  filwaqt li fl-Ewropa hija ta’ 5.90. Fost l-irġiel Maltin hawn rata ta’ 8.93 filwaqt li fost in-nisa hemm rata ta’ 8.20.

Din ir-rata inħadmet skont il-WASR- World Adjusted Standardised rate u l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. 

More in Socjali