Ilbieraħ, il-Programm Dwarna kompla jiltaqa' ma' aktar persuni li għandhom esperjenza x'jirrakkuntaw u messaġġ x'jgħaddu lil dawk li l-problemi tal-ħajja qed iġiegħluhom jaqtgħu qalbhom.
Jiltaqa' wkoll mal-imħuħ wara l-proġett 'Step Up For Charity." Bażikament dan il-proġett se jkun qed jiġbor fondi biex ikunu jistgħu jinxtraw sodod għal dawk il-ġenituri li jkollhom it-tfal l-isptar.
Marbuta ma' dan il-proġett, Nathalie Muschamp titkellem ukoll dwar 'Step Up For Parkinson's'.Nathalie kienet żeffiena u qed tuża dan it-talent u l-passjoni tagħha għaż-żfin biex tgħin persuni li jbatu mill-Parkinson's. Bażikament, dan il-proġett ġabar fih 'il fuq minn 100 parteċipant.
Il-programm 'Dwarna' jixxandar kull nhar ta' Ħamis, fl-4:30pm fuq TVM2
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...