L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qed twissi lill-pubbliku dwar floats għall-għawm, intenzjonati għat-trabi u li mhumiex siguri .
Instabu li huma ta’ riskju serju għax it-tarbija tista’ tegħreq minħabba r-raġunijiet li
- Il-qiegħ ċatt ta’ dawn il-floats jimplika instabbiltà, u b’hekk għandhom ċans akbar li jinqelbu.
- Minħabba li l-proporzjon tal-area huwa ikbar meta mqabbel mal-volum, jiżdied iċ-ċans li l-float bit-tarbija, jinġarr mal-kurrent.
Dan wassal lid-Direttorat biex jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-irtirar ta’ dawn il-prodotti mis-suq lokali.
Il-konsumaturi li xtraw il-prodotti li jidhru fir-ritratt qed ikunu mwissija biex immedjatament jieqfu jużawhom u jirritornawhom għand tal-ħanut minn fejn xtrawhom.