Is-sħana se tippersisti ... appell mid-Direttorat tas-Saħħa
L-ilma jibqa' essenzjali u importanti partikolarment f'dan iż-żmien tas-sena
More in Socjali
L-ilma jibqa' essenzjali u importanti partikolarment f'dan iż-żmien tas-sena
Is-sħana tal-aħħar jiem mistennija tippersisti u t-temperaturi jkomplu jogħlew tant li d-Direttorat tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ħareġ linji gwida biex il-pubbliku jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji.
Bla dubju ta' xejn, l-aktar ħaġa importanti hija li wieħed jixrob ħafna ilma u dan għax it-temperaturi għoljin iwasslu biex il-ġisem jispiċċa dehydrated ħafna aktar malajr u l-konsegwenzi jistgħu jkunu serji.
Id-Direttorat fakkar kif filwaqt li s-sħana taffettwa lil kulħadd, jista' jkollha effetti aktar serji fuq l-anzjani, it-trabi, it-tfal u anke persuni li jbatu minn mard kroniku.
Għalhekk id-Direttorat qiegħed jappella lil kulħadd biex:
Id-Direttorat tas-Saħħa qiegħed jappella wkoll lil dawk li għandhom qraba jew jafu anzjani jgħixu waħedhom biex iżommu kuntatt magħhom u jassiguraw li jinsabu tajbin.