Tiekolx dan il-prodott ... possibbiltà li jinstabu biċċiet tal-plastik iebes

L-informazzjoni waslet għand l-awtoritajiet Maltin grazzi għas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf

Tiekolx dan il-prodott
Tiekolx dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qiegħed javża lill-pubbliku sabiex ma jikkonsmax il-prodott bl-isem ta' 60 Crispy Chicken Dippers tad-ditta Iceland minħabba l-possibbiltà li jinstabu biċċiet tal-plastik iebes.

Il-prodott joriġina mir-Renju Unit u l-informazzjoni waslet għand l-awtoritajiet Maltin grazzi għas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon: 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook: https://bit.ly/2J3DKTL jew is-sit uffiċjali fuq https://bit.ly/2NpeUly.

More in Socjali